Elisa Borg flimkien ma’ 54 mużiċisti minn 54 pajjiż differenti ngħaqdu flimkien f’dawn iż-żminijiet diffiċli biex iferrħu lin-nies matul il-festi permezz ta’ filmat mużikali li sar b’mod virtwali għall-ewwel darba fl-istorja.
Dawn il-pajjiżi, li kollha jifformaw parti mill-Commonwealth, ħadu sehem fil-proġett Uniting the Commonwealth through music during COVID-19 fejn permezz ta’ prestazzjoni virtwali ttella’ filmat ta’ kant u mużika li minkejja d-distanza fiżika, tħaltu perfettament flimkien.
Net News iltaqa’ ma’ Elisa, li għandha 12-il sena. Hi rrapreżentat lil pajjiżna permezz tat-talent tagħha. Qaltilna xi tfisser għaliha din l-esperjenza.
Din l-esperjenza hi l-ewwel pass għal dak li tixtieq fil-futur.
Tkellimna wkoll mal-Maestro Gordon Zammit, il-persuna li għal ġimgħat sħaħ gwida lil Elisa biex tkun preparata għal din l-esperjenza unika.
Il-Maestro qal li esperjenzi bħal dawn huma pass ‘il quddiem għal dawk li jixtiequ jkomplu karriera fuq il-mużika.
//= $special ?>