Matul dan il-lejl komplew it-taħdidiet dwar il-ftehim finali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea li għandu jiddefinixxi r-relazzjoni futura bejn iż-żewġ naħat.
Sa issa numru sorsi varji qed jindikaw li matul is-sigħat li ġejjin hemm possibbiltà kbira li jintlaħaq ftehim storiku li għandu jevita sitwazzjoni ta’ No Deal Brexit. Infatti l-ġurnal Financial Times qed jgħid li l-PM Brittaniku Boris Johnson mistenni jikkonferma l-ftehim kmieni f’lejliet il-Milied.
Il-ftehim huwa intenzjonat li jiddefinixxi r-relazzjoni kummerċjali wara l-1 ta’ Jannar li ġej. Kemm il-darba u jekk jintlaħaq dan il-ftehim, dan ikun ifisser li jiġu fi tmiemhom disa’ xhur ta’ negozjati li f’ħinijiet minnhom kienu kkaratteriżżati minn tensjoni u nuqqas ta’ qbil.
//= $special ?>