F’jum il-Milied, il-Ġimgħa waranofsinhar, ġie mxandar fuq Net Television programm speċjali għal dan il-jum wisq għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin hekk kifflimkien mas-Sinjura AnneMarie Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqa’ ħamest itfal fl-uffiċju tiegħu sabiex flimkien mat-telespettaturi jiskopru aktar dwar ħajjet il-koppja li llum ċertament daħlet f’qalb eluf ta’ Maltin u Għawdxin.
Għal dan il-programm Bernard Grech dawwar l-uffiċju tiegħu f’ambjent mhux tas-soltu bit-tfal jaqsmu l-ideat tagħhom kif ukoll iwettqu domandi kurjużi lil Bernard u AnneMarie.
Tul dan il-programm, preżentat minn Mark Azzopardi, ħarġu diversi kurżitajiet fosthom ir-rutina tal-koppja, kif ukoll dwar kif qattgħu il-Festi tal-Milied flimkien ma’ uliedhom Neil u Maria.
Bernard Grech, flimkien ma’ AnneMarie, li hija wkoll għalliema, tkellmu dwar l-importanza tal-edukazzjoni u aktar minn hekk dwar il-ħtieġa li uliedna jingħataw l-għoddod kollha neċessarji sabiex jissoktaw fl-istudji tagħhom – b’mod aktar interessanti.
Il-koppja spjegat li fil-bidu tas-sena 2020 ċertament żgur li qatt ma immaġinaw li kienu ser itemmewha b’Bernard Grech Kap tal-Partit Nazzjonalista madanakollu insistew li fil-ħajja trid tkun lest għal kollox.
Dan filwaqt li ma naqsux domandi leġġeri, fosthom dwar jekk irabbux xi annimali d-dar, liema huwa l-ikel favorti tal-Milied tagħhom kif ukoll liema super eroj l-aktar jogħġobhom, b’Bernard u AnneMarie jisħqu li s-super eroj mhux biss jinsabu fil-films iżda l-ġenituri, nanniet u dawk il-frontliners kollha huma dawk l-eroj reali li mingħjar mant imorru x-xogħol – partikolarment f’dawn ix-xhur ta’ pandemija.
Bernard Grech sostna li x-xewqa tiegħu għas-sena l-ġdida hi li kulħadd ikun f’saħħtu.
//= $special ?>