Għalkemm l-ikla tradizzjoni li l-Caritas Malta normalment torganizza fil-Kurja tal-Arċisqof għal dawk li huma jinsabu waħedhom jew għaddejjin minn żminijiet diffiċli din is-sena , din il-fondazzjoni fi ħdan il-Knisja rat kif għamlet biex twassal din l-ikla fid-djar ta’ dawn in-nies.
Fil-Milied żorna ċ-Ċentru Parrokkjali tal-Iklin, minn fejn minn inġabar l-ikel mill-voluntiera għat-tqassim, u tkellimna mal-Kap tat-Taqsima tad-Djakonija fi ħdan il-Caritas, Albert Debono, dwar din l-inizjattiva:
“Il-menu tal-lum huwa lasagne u dundjan, ovvjament tal-Milied, imħejji mill-Alf Mizzi Foundation. Kull familja se tieħu panettone ukoll u hemm numru ta’ nies li qalulna li jippreferu li jsajjru huma iżda se jkunu waħidhom u se nwassluhom kaxxa tal-ħelu magħmula mill-kċina tal-President.”
Minkejja li fil-Milied ingħatat spinta akbar lil dan ix-xogħol, dan ma sarx biss f’dawn iż-żminijiet hekk kif mill-bidu tal-pandemija f’Malta, il-Caritas ħasbet għat-tqassim tal-ikel u x-xirjiet lil dawn in-nies biex ħadd ma jaqa’ lura.
NET News tkellem ukoll ma’ 2 voluntiera, Lorraine Formosa u Connie Holland li għażlu li jqattgħu l-għodwa tal-Milied iqassmu dawn l-ikliet flok ma’ dawk l-għeżież:
“Taf li hawn min għandu bżonn l-għajnuna u jieħdu gost jirċievu xi ħaġa. La tista’ tgħin lil xi ħadd, tgħin. Għamilnieha qabel u nerġgħu nagħmluha. Iżjed tieħu gost tagħti milli tirċievi. Jien hekk ħassejtni. Din is-sena mhux se nkunu qed inqassmu fuq il-mejda u allura se nqassmu aħna.” – Lorraine Formosa
“Aħna se nqassmu fiż-żona tal-Ħamrun. Aħna, wara li nqassmu kollox, nistgħu nkunu mal-familja. Dawn se jkunu waħidhom allura ħsibna li nistgħu ngħinuhom. Qabel ma naħsbu fina nfusna mbagħad naħsbu fina, nistgħu nieħdu xi ħaġa aħna ukoll.” – Connie Holland
U x-xogħol għal dawk li għażlu li jqassmu ma kienx wieħed żgħir, b’koordinament mal-entitajiet tad-Djoċesi, kif stqarr l-istess Albert Debono:
“”Għandek 140 voluntier ġo 88 karozza. Ikliet għandna 850 u dawk se jirċievu r-rigal se jkunu 700 oħra.”
Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, spjega kif ,al-ikliet, intbagħtet ukoll kartolina mħejjija mir-residenti ta’ San Blas:
“Fil-fatt ir-residenzi li jkunu qegħdin jagħmlu programmi ta’ rijabilitazzjoni tad-droga kull sena jagħtu daqqa t’id fl-ikla tal-Milied, fil-preparazzjoni, jew fit-tqassim jew li joħolqu dik fl-allegrija. Ovvjament f’din iċ-ċirkostanza xtaqu li jagħmlu ġest, speċjalment għal dawk in-nies li qegħdin waħidhom id-dar. Filfatt lestew kartolina bit-tema tal-Milied u b’messaġġ għall-okkażjoni għal kull persuna li se nkunu qed inħabbtu b’ikla jew rigal żgħir tal-Milied.
U biex il-kuntatt soċjali tal-ikla xorta jinżamm, Caritas ċemplet lil 150 individwu kif ukoll kienet disponibbli fil-ħin tal-ikel b’linja tat-telefon miftuħa għal dawk li sfaw waħidhom f’dan il-ħin ta’ ġabra, kif temmet telabora Bernardette Briffa, li tmexxi l-ħidma soċjali tal-Caritas:
“Matul dawn l-aħħar ġimgħat irċievejna telefonata mingħand nies li nagħmlulhom telefonata. Iġifieri l-voluntieri tagħna diġà bdew bħalissa u qed iċemplu lil dawk li bbukkjaw it-telefonata tagħhom. Barra minn hekk ukoll aħna tajna n-numri biex min ikun, iċemplilna ukoll. Filfatt qabel ma bdejna, in-nies bdew diġà iċemplu. Is-sabiħ li bit-telefonata tagħhom, qed ituna l-Milied it-Tajjeb. Dak li aħna nixtiequ noffru lilhom, qed joffruh lilna malli aħna ngħollu t-telefon u ta’ dan aħna nirringrazzjawhom.
//= $special ?>