Matul l-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 50 każ ġdid dan filwaqt li fiequ 124 persuna.
Fortunatament, ma ġiet irrappurtata ebda mewt ġdida matul l-aħħar 24 siegħa. L-imwiet kawża ta’ din il-pandemija huma ta’ 203.
Mill-każi li ġew irreġistrati il-Ħamis, 25 każ minnhom kellhom kuntatt ma’ familjari pożittivi, 9 każi ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol, 14-il persuna kienu f’kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva filwaqt li 5 persuni ħadu il-virus minn attivitajiet soċjali.
//= $special ?>