Lokali

Nepaliż jindarab bil-mutur fil-Gżira

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel minn Nepal ta’ 22 sena, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku, il-Gżira.

L-inċident seħħ il-bieraħ filgħaxija u għall-ħabta tas-7.15pm ntlabet l-għajnuna tal-Pulizija fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fil-post u minn investigazzjonijiet
preliminari li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Renault Captur misjuqa minn mara ta’ 24 sena, residenti l-Kalkara u mutur Kymco Agility misjuq mir-raġel ta’ 22 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed
b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.