Coronavirus Lokali

3 imwiet oħra b’kaġun tal-Covid-19 – 129 każ ġdid

F’pajjiżna mill-ġdid reġa’ kellna 3 imwiet oħra b’kaġun tal-Covid-19 dan hekk kif it-total ta’ mwiet b’kawża tal-imxija issa tela’ għal 206.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-5 ta’ Diċembru, mietet fl-24 ta’ Dicembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Diċembru, miet fl-24 ta’ Dicembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 74 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fl-10 ta’ Dicembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fl-aħħar sigħat intant instabu 129 każ ġdid u fiequ mill-imxija 3 persuni.

In-numru mħabbar fl-aħħar sigħat huwa wieħed imdaqqas bl-aħħar numru li jkun akbar minn dan kien fis-7 ta’ Diċembru. Dan in-numru huwa meqjus bħala wieħed mdaqqas meta mqabbel mal-ftit aktar minn elfejn swab test li saru fl-aħħar sigħat.

It-total ta’ każijiet minn Marzu ‘l hawn issa tela’ għal 12,241, filwaqt li fiequ 10,550. Il-każijiet attivi issa telgħu għal 1,485.

Fil-jum tal-Milied tħabbru 50 każ ġdid, 15-il-każ minn familji li kellhom xi ħadd minn tal-familja pożittiv, 4 każijiet f’kuntatt ma’ persuni fuq il-post tax-xogħol, żewġ persuni li kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi u 3 persuni minn attivitajiet soċjali. Il-każijiet l-oħra kienu kollha sporadiċi.