Ser ikunu qed jiskontaw sentenza ta’ 9 xhur ħabs it-tliet irġiel li tressqu l-Qorti s-Sibt filgħodu b’akkużi relatati ma’ użu ta’ dokumenti foloz.
Żewġ Marokkini u Albaniż li l-età tagħhom tvarja bejn il-35 u 43 sena tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech fejn wieġbu ħatja għall-akkużi kollha miġjuba kontrihom.
Waqt ix-xhieda fil-Qorti, ħareġ li t-tliet persuni kkoperaw mal-awtoritajiet sa mill-arrest tagħhom.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Frendo Dimech saħqet li l-użu ta’ dokumenti foloz huwa reat serju. Dan meta s-sigurtà ta’ Malta u Għawdex tiddependi ħafna fuq l-influss tal-persuni li jidħlu u joħorġu mill-pajjiż.
//= $special ?>