Internazzjonali

COVID-19: Franza bl-ewwel każ tal-varjant il-ġdid

Franza rrappurtat l-ewwel każ ikkonfermat tagħha tal-varjant il-ġdid tal-Covid-19 li ġie skopert għall-ewwel darba fir-Renju Unit, qal il-ministeru tas-saħħa tal-pajjiż.

Il-każ huwa ta’ ċittadin Franċiż li jgħix l-Ingilterra u kien telaq minn Londra lejn Tours, Franza, fid-19 ta’ Diċembru.

Bħalissa huwa qed jiżola lilu nnifsu d-dar u jingħad li jinsab tajjeb.