Lokali

“Dan il-jum għandu jkun jum ta’ għaqda nazzjonali” – L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna

“Hemm bżonn li nuru l-għożża ta’ bejnietna. Kull donazzjoni hija sinjal konkret li ngħożżu lil xulxin.” Hekk stqarr l-Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna f’messaġġ qasir li għamel fil-bidu tal-Maratona ‘L-Istrina’.

Huwa ħeġġeġ il-poplu biex anke fiż-żmien tal-pandemija biex nuru is- solidarjeta u nobdu lill-awtoritjajiet tas-saħħa u nieħdu l-vaċċin u llum nagħhmlu li nistgħu biex ngħinu lil kull min għandu bżonn l-ghajnuna tagħna.

L-Arċisqof stqarr li llum huwa mument fejn nuru li s-solidarjeta’ tagħna tirbaħ lid-diffikultajiet li jisfidawna.

Dan il-jum ghandu jkun jum ta ghaqda nazzjonali.