Lokali

Ejja flimkien nagħmlu lil Malta aħjar biex kulħadd jgħix ħajja dinjituża – Bernard Grech

Ejja naħsbu f’xulxin u ma nħallu lil ħadd waħdu – Ejja lkoll flimkien nagħmlu lil dan il-pajjiż aħjar biex kulħadd jgħix ħajja dinjituża – Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-bidu tal-Istrina li bdiet għall ħabta ta’ nofsinhar.

Bernard Grech qal li “llum għandna nkunu hemm mhux biss bil-ħin tagħna imma billi nagħtu donazzjoni”

Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar il-wasla tal-vaċċin tal-COVID-19 f’pajjiżna fejn saħaq li dan hu mument importanti iżda fakkar li hemm mard ieħor li jirrikjedi ħafna flus u mediċina. “Ejjew flimkien bħala popolu nagħtu l-ftit tagħna biex ngħinu biex jintlaħqu dawn in-nies.”

Bernard Grech qal li “sfortunatament hemm nies li minkejja l-vaċċin qed ibatu xorta u llum hija l-ġurnata li naħsbu fihom u nagħmlu l-parti tagħna biex ngħinuhom jgħixu ħajjithom.”