Lokali

“Ejjew ningħaqdu biex ngħinu lil kulħadd jghix il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tiegħu” – Bernard Grech

Fil-messaġġ tiegħu waqt l-Istrina, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella għall-għaqda nazzjonali biex ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn biex intuhom il-possibiltà li jkomplu jgħixu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Filwaqt li kompla jħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikompli jċempel, Bernard Grech fakkar li kull donazzjoni tfisser turija ta’ solidarjetà għaliex hemm bżonn li kulħadd jingħata l-għajnuna li għandu bżonn, biex ikun jista’ jgħix ħajja dinjituża. “Għalhekk speċjali l-Istrina għax tgħin lil min hu bżonn fil-ħin opportun.”

Wasslet il-messaġġ tagħha wkoll AnneMarie Grech fejn saħqet li din hija festa kbira u sabiħa ta’ tama, kuraġġ, solidarjetà u mħabba. Hi ħeġġet lil kulħadd biex jagħti d-donazzjoni tiegħu biex ngħinu lil min hu iktar fi bżonn speċjalment f’dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija.