Futbol Sport

Floriana jaħtru lil John Buttigieg bħala kowċ

Floriana ħatru lil John Buttigieg bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom wara li tħabbret ir-riżenja ta’ Enzo Potenza aktar kmieni din il-ġimgħa. Ma’ Floriana Buttigieg lagħab 213 il-partita f’era mimlija suċċessi fejn fost dawn rebaħ il-Kampjonat Premier, darbtejn l-FA Trophy u s-Super Cup. John Buttigieg beda l-karriera tiegħu bħala kowċ ma’ Birkirkara F.C. fl-2007 u mexxa lit-tim għar-rebħ tal-FA Trophy fl-ewwel staġun tiegħu bħala kowċ.

Wara li kellu esperjenza bħala kowċ tat-tim nazzjonali mill-2009 sal-2011, riċentament kellu esperjenzi ma’ Sliema u Birkirkara. Fl- ewwel kummenti lil-paġna soċjali ta’ Floriana F.C. Buttigieg saħaq li jinsab ottimist u li se jmexxi lit-tim għal riżultati aħjar, wara serje ta’ riżutati negattivi fejn tilfu 3 mill-aħħar 4 parititi fil-Kampjonat BOV Premier.