Lokali

Il-PN jsellem il-memorja tal-Prim Imħallef Emeritu J.J. Cremona

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tal-Prim Imħallef Emeritu J.J. Cremona, li kien figura kruċjali sabiex issawret il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.

J.J. Cremona serva għal bosta snin bħala Imħallef, Prim Imħallef, Avukat Ġenerali u Viċi President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Mexxa wkoll il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali. Huwa kien ukoll awtur u poeta, kif ukoll espert tal-istorja.

Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ J.J. Cremona f’dan iż-żmien diffiċli.