Lejlet il-Milied, pajjiżna tilef isem li se jibqa’ sinonimu mal-ġudikatura Maltija – l-Imħallef JJ Cremona, li miet fl-età ta’ 102.
Cremona serva għal snin bħala Prim Imħallef, u qabel l-Indipendenza kien figura kruċjali biex issawret il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Apparti xogħolu fil-Qorti, JJ Cremona kien ukoll awtur u poeta, kif ukoll espert tal-istorja.
Il-Partit Nazzjonalista sellem ukoll il-memorja tal-Prim Imħallef Emeritu J.J. Cremona, li kien figura kruċjali sabiex issawret il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Net News hu infurmat li l-funeral ta’ JJ Cremona se jsir l-Erbgħa, fid-9:30am f’Ħal Tarxien.




