Ħajja Mhux tas-Soltu huwa l-aħħar ktieb tal-Avukat Albert Ganado ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin.
F’din il-ktieb, l-Avukat Albert Ganado jirrakkonta ħajtu. Jirrakkonta dwar tfulitu, l-istudji universitarji, l-interess tiegħu fl-ilsien Maltin, iż-żwieġ tiegħu ma’ martu Muriel Orr, dwar kif sar iħobb il-liġi u l-prattika legali imma fuq kollox jitkellem dwar l-imħabbiet tiegħu li għamlu ħajtu differenti minn ta’ oħrajn.
Dawn l-imħabbiet m’huma xejn għajr ir-riċerka sfuża u dettaljata fl-oqsma tal-kartografija, l-arti, in-numiżmatika, il-bolol, il-Melitensia u ħwejjeġ oħra.
Dr Ganado jikteb bi stil li l-Avukat Giovanni Bonello jxebbhu ma’ ta’ kuġinuh l-Avukat Herbert Ganado magħruf għall-famużi Rajt Malta tinbidel. Albert u Herbert qattgħu perjodu jimmilitaw flimkien fil-Partit Demokratiku Nazzjonalista fis-snin sittin u f’dan il-ktieb Albert jirrakkonta l-konfront bejn Duminku Mintoff u l-Arċisqof Mikiel Gonzi u kif il-fergħa tagħhom inqasmet mill-Partit Nazzjonalista ta’ Borg Olivier.
Apertament jirrakkonta l-qasmiet li hu personalment kellu ma’ Borg Olivier u l-punti ta’ dissens mal-Perit Duminku Mintoff. Albert Ganado jirrakkonta wkoll dwar l-influwenza li l-kultura Taljana ħalliet f’Malta u l-famuż ġuri ta’ dawk il- Maltin li l-Kummissarju de Grey kien tellagħhom il-Qorti wara li arrestahom l-Italja hekk kif spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija.
Dan minn barra diversi rakkonti personali kif ukoll tagħrif dwar kif kkwista uħud mill-kollezzjonijiet li l-Avukat Ganado għandu u huma uniċi.
Il-ktieb fih ukoll għadd ta’ ritratti li jirrakkontaw din il-ħajja mhux tas-soltu kif ukoll biblijografija dettaljata kkompilata minn Joseph Schiro.
Il-ktieb ġie editjat mill-Avukat Austin Sammut u Sergio Grech u jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin u minn www.midseabooks.com.
//= $special ?>