Coronavirus Internazzjonali

Jibda jasal il-vaċċin fl-ibliet Ewropej

Tasal it-tilqima f'Ruma u f'Pariġi

Fl-Italja lbieraħ beda jasal il-vaċċin tal-Covid-19, b’rapporti jindikaw li l-ewwel konsenja ta’ dożi tal-Pfizer-BioNTech waslet mill-Belġju u kienet eskortata mill-Carabinieri Taljana.

L-ewwel tilqim wasal f’Ruma, fejn imbagħad beda jitqassam mill-armata Taljana biex jinqasmu f’dożi lejn diversi inħawi fl-Italja.

Intant is-Sibt filgħodu l-vaċċin wasal ukoll fil-Belt Kapitali Fraċiża. It-tilqim fi Franza u madwar l-Unjoni Ewropea kollha se jibda mill-Ħadd, u fi Franza l-ewwel tilqim se jsir f’żewġ istituzzjonijiet tal-anzjani f’Sevran u Dijon.