Internazzjonali

L-investigazzjonijiet fl-Istati Uniti jissoktaw wara vettura bomba

L-awtoritajiet fl-Istati Uniti qed jinvestigaw vann bomba li sploda f’Nashville f’Jum il-Milied, bl-istess awtoritajiet jgħidu li nstabu traċċi ta’ fdalijiet ta’ persuna fil-post.

Mill-aħħar indikazzjonijiet tliet persuni weġġgħu serjament tul dan l-attakk.

Il-vann bomba kisser ukoll xi binjiet fil-madwar, bi ħsara fl-istrutturi tal-binjiet kif ukoll xi siġar, u b’riżultat ta’ dan it-titjiriet mill-ajruport Internazzjonali ta’ Nashville kienu sospiżi għal xi sigħat.