Fl-Afrika ‘l fuq minn 200 persuna mietu f’massakru li seħħ fl-Etjopja, fil-villaġġ ta’ Bekonji li jinsab qrib il-fruntiera mas-Sudan.
Rapporti minn uffiċjali tas-Salib l-Aħmar indikaw li difnu mal-207 persuna li kienu residenti f’dan il-villaġġ u 15-il katavru ta’ dawk li wettqu l-attakk.
Huwa maħsub li fl-aħħar jiem miz-zona qrib il-fruntiera bejn l-Etjopja u s-Sudan ħarbu ‘il fuq minn 30,000 elf persuna biex jevitaw dawn il-konflitti li kull ma jmur qed jiħraxu.
L-awtoritajiet qalu li fl-aħħar sigħat żdiedet it-tensjoni f’dan ir-reġjun wara differenzi kulturali li hemm fiz-zona b’dan iwassal għal dan il-massakru deskritt bħala wieħed mill-aktar kiefra.
//= $special ?>