Sport Sport Ieħor

Milqugħ l-appell ta’ Sun Yang

(Ritratt: EPA)

Tribunal Federali Svizzeru laqa’ l-appell tal-għawwiem miċ-Ċina Sun Yang wara li l- Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport kien ikkonferma sentenza ta’ sospensjoni għal tmien snin fuq doping. Sun Yang li għandu 29 sena, kien meħlus għal aġir ħażin mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-għawm – FINA, f’Jannar 2019. Wara appell mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (Wada) lill-Qorti tal-Arbitraġġ dik id-deċiżjoni ġiet imwaqqfa.

Din id-deċiżjoni kienet effettivament ittemm il-karriera ta ’ Sun Yang iżda l-ogħla qorti tal-Iżvizzera issa warrbet id-deċiżjoni. Il-każ għal darb’oħra għandu jinstema’ mill-CAS iżda b’membri differenti minn dawk tal-ewwel sentenza. Il-WADA kkonfermat li se tieħu passi biex terġa’ tippreżenta l-każ tagħha b’saħħtu meta l-kwistjoni terġa’ tinstema mill-membri tal-CAS, li se jkun presedut minn president differenti.

It-Tliet darbiet rebbieħ ta’ medalja olimpika Sun Yang instab pożittiv f’test tad-doping f’Settembru 2018 u ngħata sospensjoni ta’ tmien snin wara li kien it-tieni reat tiegħu. Fl-2014 kien sospiż għal tlett xhur fuq użu ta’ sustanzi pprojiti. Fis-smiegħ tal-appell f’Novembru 2019 Sun Yang qal li huwa tilef test minħabba li dawk li marru għandu għat test naqsu milli jippruvaw l-identità tagħhom meta waslu fid-dar tiegħu.