Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook saħaq li qed jilqa’ bi pjaċir il-wasla tal-vaċċin f’pajjiżna. “Din hija solidarjetà fil-prattika u prova oħra tal-benefiċċji tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea”, saħaq Bernard Grech.
Il-Kap tal-PN saħaq li għalkemm dan hu pass importanti ħafna, “għandna nibqgħu viġilanti u nsegwu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.”
F’intervent waqt l-Istrina, Bernard Grech qal li “llum kellna ahbar sabiħa li waslet għand il-Maltin u l-Għawdxin grazzi għaliex aħna niffurmaw parti mill-familja tal-Unjoni Ewropea – b’hekk stajna inkunu minn tal-ewwel.”
Il-Kap tal-PN qal li minkejja ċ-ċokon tagħna issa nistgħu nindirizzaw din il-problema li sfortunatament ħarbtet lil ħajjitna. “Jekk alla jrid fi ftit xhur immorru lura għan-normalità u nkunu nistgħu ngħixu l-ħajja li kellna qabel.”
//= $special ?>