Kollox jindika li l-favorit flok Thomas Tuchel fi tmexxija ta’ PSG huwa l-eks kowċ ta’ Tottenham Hotspur Mauricio Pochettino.
L-aħbar ingħatat prominenza mill-media internazzjonali wara rapport li deher fil-ġurnali l-Equipe u Bild fil-Ġermanja. Thomas Tuchel li għandu 47 sena ingħaqad ma Paris Saint Germain fl-2018 b’kuntratt ta’sentejn.
Huwa wassal lil PSG għar-rebħ tal-Kampjonat u għall-ewwel finali fic-Champions League.
Jekk it-tneħħija tiegħu tkun ratifikata mit-tmexxija ta’ PSG, tlett xhur wara l-finali ta’ Lisbona kontra Bayern Munich, ikun l-ewwel kowċ tal-klabb minn Dicembru 2011 li tneħħa f’nofs staġun meta dakinhar Antoine Kombouare tneħħa u floku kien ha t-tmexxija Carlo Ancelotti. Pochettino ħalla lil Tottenham f’Novembru 2019 wkoll wara li kien wassal lit-tim fl-ewwel finali tac-Champions League.
//= $special ?>