Il-bidu ta’ sena ġdida… żmien fejn diversi nies jirriflettu fuq is-sena li tkun għadha kemm għaddiet… u jaraw, is-sena l-ġdida kif jixtiequha li tkun differenti.
Net News żar il-Belt Valletta… staqsejna lin-nies dwar ir-riżoluzzjonijiet tagħhom għas-sena 2021.
Bosta kienu r-riżoluzzjonijiet relatati mas-saħħa bħal per eżempju – jieklu ikel nutrittiv u jagħmlu l-eżerċizzju.
Staqsejna wkoll lin-nies kif ser iqattgħu l-aħħar jum tas-sena…sena differenti minn oħrajn minħabba l-pandemija tal-COVID-19…
Diversi nies li tkellmu magħna exprimew ix-xewqa li s-sena li ġejja tkun ferm aħjar mis-sena 2020… fejn kulħadd ikun jista’ jżur l-għeżiż tiegħu, isiefer u finalment jgħix ħajja normali.
//= $special ?>