Sport Sport Ieħor

Andy Murray jingħata wildcard biex jippartecipa fl-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Andy Murray ingħata wildcard biex jippartecipa fl-Open tal-Awstralja li se jsir fi Frar li ġej. Murray kien se jirtira sentejn ilu fl-istess turnew minħabba injury li sofra f’ġenbu. Id-Direttur tat-turnew Craig Tiley qal li ir-ritorn ta’ Murray se jkun parti prinċipali mill-Open fl-Awstralja wara li t-tennist Skoċċiż jinsab fil-122 post fir-rankings u ma kienx se jitħalla jipparteċipa minħabba li r-ranking tiegħu m’huwiex sodisfaċenti.

Murray stqarr li jinsab kunfidenti li se jirnexxielu jirbaħ jekk jibqa’ fiżikament b’saħħtu fejn matul dan il-perjodu baqa’ jaħdem fil-gym u f’Jannar se jikkompeti fl-avveniment tal-ATP fi Florida.