Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ntalbet għall-għajnuna fi Triq Ta’ Torba, Ħal Lija.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti ż-Żejtun u mutur Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 43 sena.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar.
Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>