Futbol Sport

Cristiano Ronaldo jirbaħ l-unur tal-‘Plejer tas-Seklu’

(Ritratt: EPA)

Cristiano Ronaldo jirbaħ l-unur tal-‘Plejer tas-Seklu’ fil-Globe Soccer Awards Cristiano Ronaldo rebaħ l-unur tal-‘Plejer tas-Seklu’ biex kompla jzid mal-ħafna suċċessi personali li kiseb tul il-karriera tiegħu.

Ronaldo għeleb l-isfida ta’ Lionel Messi, Mohamed Salah u Robert Lewandowski li rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena fl-istess ċerimonja. Cristiano Ronaldo rebaħ il-Ballun tad-Deheb f’ħames okkażjonijiet fejn kien kruċjali fir-rebħ t’ bosta unuri ma’ Manchester United, Real Madrid u Juventus kif ukoll għen lil pajjiżu, l-Portugall jirbaħ il-Kampjonat Ewropew 2016 u l-UEFA Nations League fl-2019.

Fl-istess serata, Pep Guardiola rebaħ l-unur tal-kowċ tas-seklu filwaqt li Real Madrid rebħu l-unur tat-tim tas-seklu wara li rebħu l-UEFA Champions League għal sitt darbiet fl-aħħar għoxrin sena.