Coronavirus Lokali Saħħa

L-infermiera Rachel Grech hija l-ewwel Maltija li ngħatat it-tilqima

Propju ftit tal-minuti ilu, l-infermiera Rachel Grech li taħdem fit-taqsima tal-mard infettiv kienet l-ewwel persuna f’Malta li rċiviet t-tilqima għal kontra l-Covid-19.

Illum fl-Isptar Mater Dei ser jitlaqqmu 55 persuna.

Kien is-Sibt filghodu meta l-ajruport waslet l-ewwel kunsija tat-tilqima li kienet tikkonsisti f’10,000 doża. Dan grazzi ghall-ftehim li sar mill-Kummissjoni Ewropea mal-kumpanija Pfizer/BioNTech.

Fil-jiem u ġimgħat  li ġejjien mistennija jinġiebu aktar dożi sabiex minn April jibda jitlaqqam il-pubbliku ġenerali biex sas-sajf tkun tlaqqmet il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni Maltija.