Sport Sport Ieħor

Pickleball u l-50 sena fiċ-ċikliżmu ta’ John Zammit

Sport ġdid li qed jintlagħab hawn Malta huwa l-pickleball u li dettalji dwaru ser jingħataw fl-għaxar programm SPORT EXTRA li ser ikun wkoll l-aħħar wieħed għas-sena 2020. SPORT EXTRA jixxandar illum fuq NetTelevision mill-4.00 pm ‘ l quddiem.

Pickleball ser ikun it-tema ewlenija fl-ewwel parti tal-programm b’dettalji u intervista ma’ Steffi Pace li minn karriera fit-tennis kienet il-persuna li ntroduċiet il-pickleball hawn Malta.

Fit-tieni parti tal-programm f’intervista oħra mis-serje ‘ Ħajja fl-isport’ Charles Camenzuli ltaqa’ mal-President tal-Malta Cycling Association, John Zammit b’karriera ta’ aktar minn 50 sena fiċ-ċikliżmu kemm attiv u wisq aktar fis-settur amministrattiv.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Michael Farrugia u Joe Sultana.