Lokali

“Prova li l-istituzzjonijiet maħtufa mill-Gvern” – Bernard Grech

“Illum għandna l-ikbar prova li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna huma maħtufa mill-Gvern ta’ Robert Abela.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li l-Ħadd filgħodu l-ġurnal The Sunday Times of Malta rrapporta li l-Prim Ministru allegatament talab lill-Kummissarju tat-Taxxa Marvin Gaerty informazzjoni sensittiva dwar l-istess Bernard Grech. Dan filwaqt li l-istess Gaerty ma tax il-kunsens tiegħu lill-Pulizija sabiex jaċċessawlu l-mobile tal-Gvern, b’dawn tal-aħħar jistennew il-permess ta’ Abela.

Il-Kap tal-Partist Nazzjonalista insista li Abela allegatament għandu interess personali jagħtix l-aprovazzjoni tiegħu jew le sabiex il-Pulizija twettaq dmirha.

Dan għaliex, kompla Bernard Grech, li “potenzjalment l-investigazzjoni jaf tikxef li hu wettaq reat fiskali” u għaldaqstant qed jirrifjuta li jagħti l-permess.

Bernard Grech saħaq li, “illum għandna raġuni oħra għalfejn Robert Abela jinsab dgħajjef mal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tiegħu”.

“Din hi l-kontinwità li wiegħed u qed iwettaq fil-prattika Robert Abela”

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1041376233040348?cft[0]=AZU1s3WmHxyyCZV3eB5HKcNG53XJkQVl10kfhCEZPbVrDSAXec6R2TQvjTT4_S9ywOOQ3lqUdPOkwix4OYcWgc2FTnEHyGhmp66jrKd4eN2OUT_aVJok2NgUvl2mjyqGVTMrHOsaJ4m3h5VNWxfoaEKe&tn=%2CO%2CP-R