Futbol Sport

Titkompla l-fażi premliminari tal-FA Trophy

(Ritratt: Martin Agius)

Victoria Hotspurs eliminaw lit-tim tal-BOV Challenge League Vittoriosa Stars b’rebħa minima ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fl-64 minuta permezz ta’ CHRISTIAN MERCIECA.

Marsaxlokk kwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-FA Trophy wara li kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq S.K Victoria Wanderers. IVAN PAZ fetaħ l-iskor wara 11-il minuta b’JEAN-PIERRE MIFSUD TRIGANZA jirdoppja minuta wara. IVAN PAZ skorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Marsxlokk fil-75 minuta b’konklużjoni mill-viċin.

Marsa kisbu rebħa bi skor identiku ta’ 3-0 fuq Kerċem Ajax. Marsa fetħu l-iskor wara biss seba’ minuti permezz ta’ MAIA TEXIERA. RODRIGO COELHO rdoppja għal Marsa fid-69 minuta biex lejn it-tmiem, HENRIQUE PAULO għamilhom 3-0.

Żebbuġ Rangers kwalifikaw ukoll għar-rawnd li jmiss wara rebħa kbira ta’ 8-1 fuq Oratory Youths. CLIVE GAUCI fetaħ l-iskor għal Żebbuġ wara seba’ minuti, b’ Shaun Bugeja jirdoppja fid-29 minuta. DANIEL AZZOPARDI naqqas l-iskor għal Oratory Youths fit-33 minuta biex żewġ minuti wara LUKA MIJIC reġa fetaħ vantaġġ doppju għal Żebbuġ. Żebbuġ komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fis-46 minuta AYRTON AZZOPARDI għamilhom 4-1. MILSKOVIC STANIMIR għamilhom ħamsa filwaqt li FAUSTO Jonatan skorja s-sitt gowl għal Żebbuġ fit-62 minuta. Żewġ gowls ta’ RANDALL VELLA fid-69 u fil-71 minuta kompla kabbar ir-rebħa għal Żebbuġ.

FA TROPHY
FAŻI PRELIMINARI

Ilbieraħ: Marsaxlokk v SK Victoria 3-0, Kerċem A. v Marsa 0-3, Victoria H. v Vittoriosa S. 1-0, Oratory Y. v Żebbuġ R. 1-8