Lokali

Aġġornata: Ħadd ma jweġġa’ f’nar li tkebbes f’residenza fil-Mosta

Minn informazzjoni li daħlitlu Net News, jidher li f’residenza li tinsab fi Triq ix-Xitwa, il-Mosta tkebbes xi nar għall-ħabta tas-6.15pm.

Fortunatament ħadd ma sofra ġrieħi wara li n-nar ġie kkontrollat mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili. Mhux magħruf x’wassal għal dan kollu.

Fuq il-post kien hemm preżenza kbira ta’ membri tal-Pulizija, vetturi tat-tifi tan-nar u tobba.