Coronavirus Internazzjonali

B’daqqa ta’ pinna Trump jevita kriżi

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iffirma l-liġi li permezz tagħha se jingħata l-pakkett ta’ għajnuna u nfiq relatat mal-imxija tal-Covid-19. Dan il-pakkett jammonta għal 2.3 triljun dollaru, u wassal biex issa l-poplu jkun jista’ jingħata l-benefiċċji tal-qagħad u b’hekk ikun evitat li l-Gvern Federali jidħol fi kriżi fejn ma jkunx jista’ jaħdem.

Trump, għandu jtemm il-Presidenza tiegħu fl-20 ta’ Jannar li ġej wara li tilef l-elezzjoni Presidenzjali f’Novembru li għadda.

Fl-aħħar jiem huwa kien qed jhedded li jimblokka l-abbozz ta’ liġi, li ġie approvat mill-Kungress il-ġimgħa li għaddiet. Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal biex idawwar fehmtu u jiffirma din il-liġi, bl-alleati tiegħu qed jgħidu li Trump ried iwaqqaf kollox għaliex, skont huma, ried jagħti aktar għajnuna.