L-ambaxxaturi tas-27 Stati tal-Unjoni Ewropea approvaw, unanimament, il-ftehim kummerċjali tal-Unjoni mar-Renju Unit għal wara Brexit biex b’hekk wittew it-triq ħalli l-ftehim jidħol fis-seħħ minn wara l-31 ta’ Diċembru.
Intant, il-ftehim ikun implimentat bħala liġi sa mill-ewwel jum tal-2021 u meta mistenni li jkun approvat ukoll mill-Parlament f’Londra. Il-ftehim jiffissa l-bażi għall-kummerċ futur bejn Londra u l-Istati Ewropej ladarba l-Britanniċi joħorġu mis-suq komuni u l-unjoni doganli tal-UE fi ftit jiem oħra.
Il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea ( bħalissa f’idejn il-Ġermanja) qalet li l-ftehim, wara disa xhur ta’ negozjati, se jkun approvat (anki) bil-miktub proprju għada mis-27 Gvernijiet tal-UE.
Il-Gvernijiet kellhom tlett ijiem biex janalizzaw id-dettalji tal-EU-UK Trade and Cooperation Agreement mindu dan kien ippubblikat – iżda ħafna mid-dokument kien diġà evalwat mill-Istati membri tal-UE fil-ġimgħat preċedenti.
Il-ftehim jikkonkludi mal-50 sena ta’ sħubija Britannika fl-UE waqt li jkopri diversi aspetti politiċi, minbarra l-politika li tmexxi r-regoli bażiċi għall-kummerċ.
Intant, il-Ministru tal-Gvern Britanniku, Michael Gove, wissa lin-negozjanti u ċ-ċittadini tar-Renju Unit li qegħdin jaħsbu biex jivvjaġġaw biex jistennew ‘xi kumplikazzjonijiet u mumenti ta’ taqlib’ ladarba jibdew jidraw ir-regoli ġodda tal-UE.
Mistennija ‘il-bidliet prattiċi u proċedurali’ ladarba jintemm il-perjodu tranżitorju ta’ Brexit fl-aħħar stas-sena.
Michael Gove anki ħeġġeġ biex il-Britanniċi li jivvjaġġaw lejn l-Istati tal-UE janalizzaw sew il-proċeduri li u joqgħodu attenti għar-roaming charges tat-telefons ċellulari.
//= $special ?>