Futbol Sport

Chelsea miżmuma fi draw minn Aston Villa

(Ritratt: EPA)

Chelsea temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Aston Villa biex b’hekk temmew is-sena b’rebħa waħda fl-aħħar ħames partiti. OLIVIER GIROUD fetaħ l-iskor għal Chelsea wara 34 minuta b’daqqa ta’ ras tajba fuq cross ta’ Ben Chilwell. ANWAR EL-GHAZI ġab id-draw għal Aston Villa ħames minuti minn tmiem il-partita b’konklużjoni fuq l-ewwel lasta minn cross ta’ Matty Cash.

Leicester City salvaw punt lejn it-tmiem fi draw ta’ 1-1 kontra Crystal Palace. WILFRED ZAHA fetaħ l-iskor għal Crystal Palace fit-58 minuta wara li kkonkluda fuq azzjoni personali. HARVEY BARNES salva punt għal Leicester seba’ minuti mit-tmiem b’konklużjoni fil-baxx.

Il-partita bejn Everton u Manchester City ġiet pospost wara li City kellhom għadd ta’ plejers pożittivi għall-coronavirus.

PREMIER LEAGUE

Illum: Crystal Palace v Leicester 1-1, Chelsea v Aston Villa 1-1, Everton v Man. City posp. Għada: Brighton v Arsenal 7.00pm, Burnley v Sheff. Utd 7.00pm, Southampton v West Ham 7.00pm, WBA v Leeds 7.00pm, Man Utd v Wolves 9.00pm L-Erbgħa: Tottenham v Fulham 7.00pm, Newcastle v Liverpool 9.00pm