Il-Finlandja saret l-aħħar pajjiż li kkonferma każ tal-varjant ġdid tal-Covid-19 li ilu jiċċirkula għal ġranet u li kien identifikat għall-ewwel darba fir-Renju Unit.
L-uffiċjali fil-pajjiż Skandinav ikkonfermaw li talanqas ċittadin Finlandiż li rritorna pajjiżu, jiem ilu, mir-Renju Unit, ittestja pożittiv għall-varjant fi tmiem il-ġimgħa.
Dan fost ir-rapporti li ċ-ċittadin u qrabatu qed jinżammu taħt osservazzjoni – u fi stat ta’ iżolament.
Sadanittant, mezzi oħra tal-media irrappurtaw li fl-aħħar sigħat feġġew ukoll talanqas żewġ każi oħra tal-varjant ġdid fil-Finlandja.
Ir-rapport ingħata wara li l-Korea t’Isfel ħabbret li tlieta fost iċ-ċittadini tagħha li rritornaw minn Londra kienu qed ibatu mis-‘strain’ ġdid tal-coronavirus.
Aktar każi tal-varjant tal-Covid – li hu aktar infettiv mit-tip tal-virus oriġinali – kienu konfermati wkoll f’numru ta’ pajjiżi Ewropej, kif ukoll fil-Kanada u l-Ġappun.
//= $special ?>