Sport Sport Ieħor

Ikkanċellata t-tieni ġurnata tal-giant slalom tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa

Rwiefen li ħakmu f’Semmering fl-Awstrija kienu l-kaġun għal kanċellament tat-tieni prova tal-giant slalom tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa. Għal xi ħin l-organizzaturi kellhom il-ħsieb li jipposponu b’xi ħin il-kompetizzjoni iżda matul il-ġurnata ir-riħ żdied u għamel ħerba minn dak kollu li kien hemm fil-korsa tal-kompetizzjoni. Wara l-ewwel prova, Petra Vlhova tas-Slovakkja kellha vantaġġ ta’ 0.22 ta’ sekonda fuq Marta Bassino tal-Italja. Warajhom fil-klassifika Michelle Gisin , Mikaela Schiffirin u Sara Hector.