Fl-aħħar ġimgħat tlesta xogħol estensiv li kien qed isir fuq il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali wara xhur ta’ tisbiħ u restawr… kif ukoll titjib fil-wirjiet u fil-mod kif titwassal l-interpretazzjoni.
F’dawn l-aħħar xhur, il-Mużew kellu jingħalaq għall-pubbliku minħabba x-xogħol li kien qed isir – progett estensiv li issa gie konkluz.
Heritage Malta ddeċidiet li tieħu din l-opportunità fejn pajjiżna ra nuqqas drastiku ta’ turisti biex tgħalaq is-sit tagħha u ssebbaħ il-post biex finalment jibdew is-sena 2021 bil-Muzew fl-aqwa tiegħu. Fil-fatt, dan se jerġa’ jiftaħ għall-pubbliku fid-9 ta’ Jannar tal-2021.
Fid-dawl ta’ dan il-ftuħ mill-ġdid, Heritage Malta ħasbet li testendi r-roħs ta’ 50% fuq il-Multisite Ticket u l-Family Pass li kien applikat matul ix-xahar ta’ Diċembru. L-istess skema qed tingħata li dawk kollha li jżuru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni matul Jannar.
Iż-żjarat kollha fis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta qed isiru b’osservanza stretta tar-regolamenti tas-Saħħa Pubblika b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19.

