Basketball Sport

Los Angeles Clippers isofru l-akbar telfa fl-istorja

Meta tkompla l-Kampjonat Professjonali Amerikan tal-basketball , NBA, Los Angeles Clippers sofrew l-akbar telfa fl-istorja tagħhom wara li sabu ruħhom saħansitra fil-half-time kienu 50 punt minn taħt kontra Dallas Mavericks, 77 għal 27.

Din kienet l-akbar differenza fil-punti sa tmiem l-ewwel taqsima minn meta bdiet l-era ta’ l-arloġġ elettroniku f’nofs is-snin ħamsin. Los Angeles Clippers tjiebu fit-tieni taqsima, iżda xorta spiċċaw telliefa bl-iskor kbir ta’ 124-73. Luka Doncic għal Dallas kiseb 24 punt, disa’ rebounds u tmien assists. Il-Clippers, li kienu rebħu l-ewwel żewġ partiti tagħhom dan l-istaġun kienu mingħajr Kawhi Leonard wara li l-attakkant tal-All-Star weġġa fir-rebħa tal-Ġimgħa fuq id-Denver Nuggets. Fin-nuqqas tiegħu, Paul George mexxa lill-Clippers bi 15-il punt u Serge Ibaka bi 13 il-punt.