Il-partita li kellha tintlagħab illejla mill-Premier League bejn Everton u Manchester City ġiet posposta wara li Manchester City għandhom total ta’ disa’ plejers u membri tal-istaff pożittivi għall-coronavirus.
F’jum il-Milied, Manchester City kienu rrapurtaw erba’ każijiet ta’ coronavirus, bi żewġ każijiet minnhom ikunu l-plejers Gabriel Jesus u Kyle Walker u llum nstabu ħames każijiet ġodda.
Din hi t-tieni partita dan l-istaġun mill-Premier League li kienet posposta minħabba l-coronavirus wara dik bejn Aston Villa u Newcastle aktar kmieni dan ix-xahar.
Is-sitwazzjoni fl-Ingilterra b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus hija waħda nkwetanti ferm hekk kif illum irriżultaw 41,385 każ pożittiv ġdid, bir-rata ta’ pazjenti li qed jiddaħlu fl-isptarijiet qed tkompli tiżdied ukoll.
//= $special ?>