Lokali

Stqarrija tal-Pulizija li tibqa’ ma tiċċarax id-dubji

Għalkemm normalment, il-Pulizija ma joħroġux stqarrija b’reazzjoni għal rapporti li jidhru fil-media, il-Korp tal-Pulizija qal li r-rapport tat-Times jinkludi  asserzjonijiet li m’humiex korretti. Dan minkejja li fl-ebda parti tal-istqarrija ma jghidu liema partijiet tar-rapport qed jirreferu għalihom – u lanqas ma jgħidu li r-rapport kollu hu skorret.

L-istqarrija tal-pulizija tgħid li talbiet li saru skont il-liġijiet tat-taxxa m’għandhomx x’jaqsmu ma’ dak indikat f’partijiet tarrapport imsemmi.

Din id-dikjarazzjoni ma tghidx għal liema talbiet qed tirreferi. Pero’ l-unika referenza ta’ dan it-tip li għamlet it-Times kienet talba li għamel Robert Abela dwar Bernard Grech. Mhux ċar jekk il-pulizija hix tiċħad jew tikkonferma li talba ta’ dan it-tip effettivament saret.

Intant, fl-ebda ħin tul l-istqarrija, il-pulizija ma indikat li se taċċessa ċ-chats tal-Kummissrju tat-Taxxa Marvin Gaerty jew ma ċaħdet li tali chats mal-Prim Ministru jeżistu. Minkejja din l-istqarrija li harget mill-Korp tal-Pulizija, sa issa, ebda dikjarazzjoni ta’ cahda mill-Prim Ministru.