Ħabta head-on li seħħet f’liwja u li seta’ kellha konsegwenzi ferm aktar gravi.
L-incident sehh it-Tnejn għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar, u fih kienu involut bejn żewġ vetturi – habta li ħalliet erba’ minn nies, fosthom tarbija ta’ sena, isofru minn xi ġrieħi.
L-inċident seħħ fi Triq ir-Rabat, f’Ħad-Dingli.
Minnufih fil-post issejħu membri tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu lill-vittmi. Fil-post kien hemm bżonn ukoll l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu sewwieqa li nqabdet fil-karozza li kienet qed issuq.
F’waħda mill-vetturi kien hemm mara ta’ 48 sena mir-Rabat, żagħżugħa ta’ 25 sena minn Ħad-Dingli u t-tarbija. Fil-vettura l-oħra kien hemm is-sewwieq ta’ 33 sena mill-Gżira.
Il-persuni kollha ttieħdu l-Isptar għal iktar kura fejn il-mara ta’ 48 sena sofriet ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra sofrew minn ġrieħi ħfief.
Kawża ta’ dan, it-triq ewlenija li tati għal Ħad-Dingli kellha ghal xi hin tinghalaq għat-traffiku. Il-Pulizija ghadhom ghaddejin bl-investigazzjonijiet taghhom.