Futbol Sport

Valletta jaħtru lil Antonio Jose Cardoso Mendes bħala l-kowċ il-ġdid

(Ritratt: Valletta FC)

Valletta ħatru lill-Portugiż Antonio Jose Cardoso bħala l-kowċ il-ġdid tal-klabb wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-klabb kien aċċetta r-riżenja tal-kowċ Jesmond Zerafa, bl-assistent kowċ Gilbert Agius imexxi lit-tim belti temporanjament fil-partiti ta’ wara.

Mendes iffirma kuntratt sa tmiem tal-istaġun ma’ Valletta b’għażla li dan ikun imġedded b’sena oħra. Il-kowċ Portugiż ta’ 41 sena fil-passat mexxa lil Al Wehds, Al Nassr, Liaoning u Victoria de Guimaraes kif ukoll rebaħ il-Kampjonati ta’ taħt is-17 -il sena mal-istess Guimaraes.

Valletta fil-preżent jinsabu fid-9 post tal-klassifika b’20 punt bl-ewwel partita ta’ Mendes bħala kowċ se tkun fil-5 ta’ Jannar kontra Ħamrun Spartans.