Futbol Sport

18 –il każ ġdid ta’ Coronavirus fl-aħħar testijiet fil-Premier League

Il-Premier League fl-Ingiterra ikkonferma li nstabu 18 –il każ pożittiv fl-aħħar testijiet li saru fuq il-plejers u l-istaff.

Dan huwa l-għola numru li nstab kemm ilhom isiru it-testijiet għall-coronavirus. B’kollox saru 1,479 test fuq plejers jew staff tal-Premier League bejn fl-aħħar round ta’ testijiet bejn il-21 u 27 ta’Diċembru, bi 18 –il ruħ jispiċċaw f’iżolament.

Aktar kmieni din il-ġimgħa kellha tiġi posposta il-partita mill-Premier League bejn Everton u Manchester City minħabba li Manchester City kellhom xi każijiet pożittivi fil-kamp tagħhom. Arsenal ħabbru ukoll li id-difensur Brażiljan Gabriel Magalhaes instab pożittiv għall-coronavirus u jinsab fi kwarantina, filwaqt li l-plejers Willian u David Luiz irritornaw għat-taħriġ wara li servew il-perjodu ta’ kwarantina preventiva.