Lokali

“Abela naqas milli jieħu azzjoni”

Bħal daż-żmien sena… Malta kienet għaddejja minn taqlib politiku li wassal għar-riżenja tal-Prim Ministru Joseph muscat, l-id il-leminija tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, fost oħrajn. Illum…sena wara….hafna ghadhom qed jistaqsu meta verament se nibdew indawwru l-pagna, partikolarment fejn tidhol is-Saltna tad-Dritt u l-Governanza Tajba.

Fl-Editorjal… il-gurnal ‘Times of Malta’ jghid illi minkejja li jum qabel ma’ sar Prim Ministru, Robert Abela stqarr li ser jaħdem biex isaħħaħ ir-rule of law… dan ftit li xejn sar.

Skont dan il-kummentarju, Robert Abela s’issa naqas milli jinjetta s-sustanza li hija essenzjali biex terġa’ tinkiseb ir-reputazzjoni internazzjonali. Dan meta Abela irid jissodisfa r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Moneyval, Venice Commission, GRECO u l-Kumissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew.

Biex dan isir, għad irridu naraw konsultazzjonijiet serji u sinifikanti …kif ukoll li ssehh gustizzja vera.

It-Times tghid li hekk kif qed noqorbu lejn sena ġdida, issa Abela jrid jibda juri azzjoni….u mhux biss paroli.

Minn naħa l-oħra, l-gazzetta ‘The Malta Independent’ stqarret li dak li sar minn ċertu Ministri ma ghinx biex pajjiżna jerġa jikseb ir-reputazzjoni li tant jixraqlu.  U diversi azzjonijiet ta’ Robert Abela jġiegħlu lil poplu jistaqsi jekk hux Prim Ministru li jħalli kollox għaddej qisu xejn mhu xejn. Dan filwaqt li ghad hemm bosta dellijiet ta’ stejjer skandaluzi….u akkuzi serjissimi