Atletico Madrid laħqu ftehim mal-attakant Spanjol Diego Costa sabiex jiġi tterminat il-kuntratt tiegħu minħabba raġunijiet personali. B’hekk l-attakant Spanjol ta’ 32 sena jista’ jinaqgħad ma’ klabb ġdid fis-suq tat-trasfermenti f’Jannar li ġej b’bosta timijiet jevalwaw il-possibilita’ li jiffirmaw lill-attakant.
Diego Costa kien inaqgħad ma’ Atletico l-ewwel darba fl-2006 fl-età ta’ 17 –il sena u skurja 43 gowl f’93 partita bejn is-sena 2010 u l-2014. Fl-istess sena Diego Costa inaqgħad ma’Chelsea fil-kampjonat Inlgiż u kien strumentali għaż-żewġ kampjonati li rebħu Chelsea taħt Jose Mourinho u Anotnio Conte, fejn skurja 58 gowl f’ 120 partita mat-tim Ingliż. F’Jannar tal-2017 Diego Costa irritorna ma’ Atletico Madrid għas-somma ta’ €54 miljun u għen lit-tim tiegħu jirbħu l-Europa League fl-istess staġun.
//= $special ?>