Ewropa

BREXIT: Il-Maltin kif se jintlaqtu?

Il-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit titkellem ma' Net News

Il-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit Cathy Ward hija sodisfatta immens li pajjiżha laħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea wara ħafna xhur ta’ taħditiet.

 “Huwa ta’ serħan il-moħħ kbir issa li nafu li għandna ftehim. Kien xi ħaġa importanti ferm għalina”.

Cathy Ward, il-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit spjegat ma’ Net News li wara dan il-ftehim  mhux mistennija jkun hemm tariffi ġodda fuq prodotti importati mis-suq Ingliż. Dan il-ftehim kien sodisfaċenti kemm għal Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll għal Boris Johsnon, il-Prim Ministru Ingliż.

Ward spjegat li n-negozji naturalment se jkollhom jagħmlu xi tibdil żgħir, minħabba proċeduri ġodda li se jidħlu fis-seħħ.

Il-Kummissarju Għoli spjegat ukoll li min jordna affarijiet online minn siti Ingliżi hux se jkollu jħallas spejjeż żejda.

Dwar studenti Maltin li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fir-Renju Unit Ward qalet li l-pajjiż mhux se jkun qed jifforma aktar parti mill-programm Erasmusmadankollu qed iħejji programm ieħor li jista’ jissosstitwixxih.Ward qalet li studenti li diġa jinsabu jistudjaw ir-Renju Unit, mhux se jkunu effettwati minn Brexit.

L-ivvjaġġar lejn l-Ingilterra mhux se jinbidel għajr għall-fatt li wieġed irid juża’ passaport biex jidħol fir-Renu Unit u ma jistax jidħol biss bil-karta tal-identità.

Fir-rigward ta’ kura tas-saħħa għal Maltin fir-Renju Unit, Ward spjegatli  bejn iż-żewġ pajjiżi hemm ftehim li ilu hemm snin twal u aċċertat li dan mhux se jinbidel.

 Mistoqsija jekk taħsibx li Brexit jista jdgħajjef ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Renju Unit, Cathy Ward qalet li r-rabta bejn iż-żewġ pajjiżi tmur lura ħafna snin u għandha għeruq storiċi.  Hija fakkret li l-fatt li pajjiżna jifforma parti mill-grupp tal-Commonwealth ikompli jsaħħaħ ir-rabta li hemm.