Fl-aħħar 24 siegħa kienu identifikati 115-il każ ġdid ta’ Coronavirus. Skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, 128 persuna oħra fiequ fl-istess żmien.
Mill-101 każi li kienu rappurtati it-Tnejn, 34 kienu qraba ta’ persuni diġa’ identifikati bħala pożittivi għall-virus, 18 kienu kuntatt ma’ każi pożittivi fuq il-post tax-xogħol, 7 kienu kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi għal virus u 8 kienu minn cluster identifikat minn attivita soċjali.
L-34 każ l-ieħor mhux magħruf minn fejn setgħu ġew esposti għall-virus.
Mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn kellna total ta’ 12,541 każ, li minnhom fiequ 10,919 u 215 sfortunatament tilfu ħajjithom. Il-każi attivi bħalissa huma 1,407.
//= $special ?>