Coronavirus Internazzjonali Saħħa

COVID-19: Mistenni spike ieħor ta’ każi fi Franza

Il-Covid-19 ikompli jħalli aktar vittmi madwar id-dinja – fil-Kanada biss, il-fatalitajiet telghu ghal 15,000. U fil-Korea t’Isfel, fl-aħħar 24 siegħa, kien hemm rekord ta’ 40 vittma.

Is-sitwazzjoni xejn sabiħa tal-pandemija qed tidher ukoll b’mod evidenti anke fl-Ewropa.

Fi Franza il-membri tal-Kabinett se jiltaqgħu illum sabiex jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ aktar miżuri restrittivi. Il-Gvern Franciz mhux jeskludi li jimponi it-tielet lockdown nazzjonali.

L-awtoritajiet tas-saħħa fi Franza qed jistennew li wara l-festi tal-ewwel tas-sena jkun hemm spike fin-numru ta’ każi.