Fuq il-paġna soċjali tagħhom Gudja United ħabbru li ssospendew it-taħriġ għall-perjodu indefinit minħabba li diversi plejers instabu pożittivi għall-coronavirus.
Gudja United saħqu li l-każijiet li nstabu ħarġu pożittivi ħamest ijiem wara li l-klabb kien issospenda it-taħriġ u l-istess klabb ħa l-prekawzjonijiet kollha sabiex issir l-iffumigar tal-post, filwaqt li jinsabu f’komunikazzjoni mal-MFA sabiex jimxu mad-direzzjonijiet mogħtija lilhom.
Dan huwa it-tieni każ fix-xahar ta’ Diċembru fejn tim kellu jissospendi it-taħriġ meta aktar kmieni dan ix-xahar it-tim ta’ Birkirkara kellu jissospendi it-taħriġ għal ġimgħatejn minħabba li nstabu xi każijiet tal-coronavirus.
//= $special ?>