Il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed imexxi investigazzjoni bir-reqqa b’rabta mal-akkużi li qed taffaċja s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar. U mat-Times, George Hyzler ikkonferma li din mhix kwistjoni li jkollok żmien biex tlesti investigazzjoni.
Meta kien qed iwieġeb domandi tal-istess ġurnal, il-Kummissarju Hyzler ma kkommetix ruħu fuq timeframe marbuta ma’ din il-ħidma fl-allegazzjonijiet li jorbtu lil Rosianne Cutajar mal-allegat kompliċi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ir-rapporti li ħarġu eżatt qabel il-Milied jindikaw li Cutajar u persuna qrib tagħha allegatament irċevew madwar €100,000 bħala senserija f’deal biex tinbiegħ proprjetà fl-Imdina – deal li fih kien involut in-negozjant Yorgen Fenech. Din il-propjetà fl-Imdina kienet se tinxtara minn Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, għal aktar minn €3 miljun.
Dan il-ftehim biex Fenech jixtri d-dar kien waqa’ … u d-Deputat Laburista Rosianne Cutajar spiċċat fis-sitwazzjoni fejn qed jiġru warajha biex tħallas lura madwar €50,000 li hi tħallset fi flus kontanti.
Il-bejjiegħ qed jgħid li Cutajar ma tatx dawn il-flus lura. Iżda hi qegħda tgħid li t-talba għall-flus mhix f’lokha.
U waqt li għaddej dan kollu…il-Prim Ministru qed jibqa’ jiddefendiha.
//= $special ?>